Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 – Mata Blanco vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/10) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni interna COM/INT/OLAF/09/AD 10 – Ġlieda kontra l-frodi – Kompetenzi rispettivi tal-EPSO u tal-ġurija – Testijiet ta’ aċċess sorveljati mill-ġurija – Test orali – Ksur tal-avviż tal-kompetizzjoni – Differenzi fil-marki – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Manuel Mata Blanco (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement minn B. Eggers, aġent)SuġġettServizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni interna “COM/INT/OLAF/09/AD10 – Amministraturi speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-frodi” kif ukoll tal-lista ta’ riżerva u tad-deċiżjonijiet kollha meħuda abbażi ta’ din il-lista.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    J. M. Mata Blanco għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.