Language of document : ECLI:EU:F:2008:82

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(Qorti Plenarja)

24 ta’ Ġunju 2008

Kawża F-116/05

Maria Concetta Cerafogli u Paolo Poloni

vs

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

“Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Remunerazzjoni – Metodu tal-kalkolu tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti Komunitarja – Att konfermattiv – Inammissibbiltà”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 36.2 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat KE, li permezz tiegħu M. C. Cerafogli u P. Poloni jitolbu b’mod partikolari u, essenzjalment, minn naħa, l‑annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tagħhom għax-xahar ta’ Lulju 2001, hekk kif redatti mill-Bank Ċentrali Ewropew fi Frar 2005, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Novembru 2003, Cerafogli u Poloni vs BĊE (T‑63/02, Ġabra p. II‑4929), kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Membri tal-Bank Ċentrali Ewropew – Rikors – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Att konfermattiv – Esklużjoni

(Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 36.2; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91; Kondizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 42)

Għandha tiġi applikata, b’analoġija, għar-rikorsi bbażati fuq l-Artikolu 36.2 tal‑Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u fuq l-Artikolu 42 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-ġurisprudenza li tipprovdi li att li jikkawża preġudizzju huwa dak li jaffettwa, direttament u immedjatament, is-sitwazzjoni ġuridika tal-parti interessata, u din il-kwalità ma tistax tiġi rrikonoxxuta fir-rigward ta’ att purament konfermattiv, kif huwa l-każ ta’ att li ma fih ebda element ġdid fil-konfront ta’ att preċedenti li jikkawża preġudizzju.

(ara l-punti 41 sa 43)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 21 ta’ Jannar 1987, Stroghili vs Il‑Qorti tal‑Awdituri, 204/85, Ġabra p. 389, punt 6; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 7 ta’ Ġunju 1991, Weyrich vs Il‑Kummissjoni, T‑14/91, Ġabra p. II‑235, punt 35; 9 ta’ Ġunju 1998, Biedermann et vs Il‑Qorti tal‑Awdituri, T‑173/95, ĠabraSP p. I‑A‑273 u II‑831, punt 39