Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2009 - Nikolchov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vladimir Nikolchov (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Hammouche, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg li tistabbilixxi il-post fejn kien reklutat f'Aix-la-Chapelle (il-Ġermanja) u li tistabbilixxi t-tul tal-allowances ta' kuljum għal 120 ġurnata.

Motivi u argumenti prinċipali

tiddikjara li hemm ksur tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' April 2004 li tirrigwarda dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni relattiva għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

konsegwentement, tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg Nru R/9/09, tal-21 ta' April 2009, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti li jitlob li jiġi stabbilit il-post fejn kien reklutat tiegħu fil-Bulgarija u li jiġi stabbilit it-tul tal-allowances ta' kuljum skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10(2)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal ;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-allowances ta' kuljum dovuti sal-ammont ta' EUR 6 942.32, jew kwalunkwe ammont ieħor stabbilit mill-Qorti tal-Prim'Istanza, flimkien mal-interessi moratorji mid-data tal-preżentata tal-ilment sad-data tal-ħlas;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________