Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ottubru 2010 - Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/08)1

(Servizz pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi - Esklużjoni ta' kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta' aċċess - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra - Nuqqas ta' tressiq ta' lment - Inammissibbiltà tar-rikors)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 rispettivament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju ta' Spanja, intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 285, 08.11.2008, p. 57.