Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia (l-Italja) fis-6 ta’ Settembru 2018 – Société Générale S.A. vs Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

(Kawża C-565/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Générale S.A.

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

Domanda preliminari

L-Artikoli 18, 56 u 63 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, indipendentement mill-Istat ta’ residenza tal-operaturi finanzjarji u tal-intermedjarju, fil-konfront tal-partijiet fit-tranżazzjoni, li tkun ekwivalenti għal ammont fiss li jitla’ skont il-livell ta’ valur tat-tranżazzjonijiet u li jkun varjabbli fir-rigward tat-tip ta’ strument oġġett tat-tranżazzjoni u tal-valur tal-kuntratt, u li tkun dovuta peress li t-tranżazzjonijiet taxxabbli jkollhom bħala oġġett in-negozjazzjoni ta’ kuntratt idderivat ibbażat fuq titolu maħruġ minn kumpannija residenti fl-Istat li jiġbor din it-taxxa?

____________