Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Ottubru 2010 - Cerafogli vs Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża F-23/09) 1

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ħatra ad interim ta' uffiċjal - Avviż ta' pożizzjoni vakanti - Att li jakkawża preġudizzju - Konstatazzjoni ta' invalidità - Interess ġuridiku)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Feyerbacher u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-Bank dwar il-ħatra ta' konsulent ad interim għad-Diviżjoni OVS u għall-annullament tal-avviż ta' post vakanti ECB/074/08, kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha adottati abbażi ta' din tal-aħħar. Barra minn dan, it-talba sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata għall-ħlas ta' somma bl-għan li jiġi kkumpensat id-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 129, 06.06.2009, p. 21.