Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Tributário de Lisboa (il-Portugall) fit-28 ta’ Settembru 2018 – Estado do Canadá vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-613/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Tributário de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Estado do Canadá

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Fil-qasam tat-tassazzjoni tad-dividendi ddistribwiti minn kumpannija stabbilita fit-territorju nazzjonali lil entità mhux residenti, l-eżistenza ta’ rata effettiva tal-IRC (it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi) applikata fuq l-entitajiet residenti f’pajjiż terz iktar oneruża minn dik applikabbli għal resident ta’ natura identika fit-territorju nazzjonali, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ projbizzjoni tar-restrizzjoni tal-moviment ta’ kapital bejn Stati Membri u pajjiżi terzi?

____________