Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta' Settembru 2011 - Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/10)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regularità tal-opinjoni tal-Kumitat mediku - Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-invalidità parzjali permanenti)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: A. Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, bħala aġenti, assistiti minn J.-L. Fagnart, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw li jirrikonoxxu lir-rikorrent l-invalidità parzjali permanenti fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u li jimponu fuqu parti mill-ispejjeż u mill-onorarji mediċi sostnuti matul ix-xogħlijiet tal-kummissjoni mediku.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta' Settembru 2009, sa fejn dawn jimponu fuq A. Hecq l-ispejjeż u l-onorarji tat-tabib li huwa ħatar sabiex jirrappreżentah fi ħdan il-kummissjoni medika kif ukoll nofs l-ispejjeż u l-onorarji tat-tielet tabib tal-kummissjoni medika maħtur bi ftehim.

It-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-7 ta' Settembru 2009, sa fejn dawn jirrifjutaw ir-rikonoxximent lil A. Hecq ta' rata għall-invalidità permanenti, huma miċħuda bħala infondati.

A. Hecq għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.10, p. 61.