Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, M. de abreu Caldas, J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda fir-rigward tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.Talbiet tar-rikorrentjannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Settembru 2013 li tikkalkola l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu mal-Kummissjoni;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.