Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie YC

(Kawża C-626/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: YC

Domandi preliminari

Prosekutur pubbliku li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru emittenti, li jaġixxi b’mod indipendenti fl-eżerċizzju tal-kompiti inerenti għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u li ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jiġi kkwalifikat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI 1 jekk, fl-Istat emittenti, qabel id-deċiżjoni effettiva ta’ dan il-prosekutur pubbliku li joħroġ il-mandat ta’ arrest Ewropew imħallef ikun evalwa l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità tagħha?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: il-kundizzjoni msemmija fil-punt 75 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Mejju 2019 ([C-508/18 u C-82/19 PPU], EU:C:2019:456), li tirrikjedi li għandu jkun possibbli li d-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonali ta’ tali deċiżjoni għandhom ikunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja li tissodisfa b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, hija ssodisfatta jekk jirriżulta li hemm rimedju ġuridiku għall-persuna mfittxija, wara l-konsenja effettiva tagħha, li permezz tiegħu n-nullità tal-mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tiġi invokata quddiem il-qorti fl-Istat emittenti u li bih din il-qorti teżamina b’mod partikolari n-natura proporzjonali tad-deċiżjoni ta’ ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew?

____________

1     Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45)