Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2019 – BY

(Kawża C-398/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Individwu rikjest: BY

Parti fil-kawża: Generalstaatsanwaltschaft Berlin

Domandi preliminari

Il-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Settembru 2016 fil-kawża Petruhhin (C-182/15) 1 rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 TFUE fil-każ ta’ talba għal estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, magħmula minn Stat terz, japplikaw ukoll meta l-individwu mitlub ikun ittrasferixxa ċ-ċentru tal-interessi tiegħu lejn l-Istat Membru rikjest fi żmien meta kien għadu mhux ċittadin tal-Unjoni?

L-Istat Membru ta’ oriġini informat b’talba għal estradizzjoni huwa marbut, abbażi tas-sentenza Petruhhin, li jitlob li l-Istat terz li jagħmel it-talba jibgħat il-fajl, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-possibbiltà li jeżerċita huwa nnifsu l-proċeduri?

L-Istat Membru li jintalab għal estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni minn Stat terz huwa marbut, abbażi tas-sentenza Petruhhin, li jirrifjuta l-estradizzjoni u li jeżerċita huwa nnifsu l-proċeduri kriminali meta d-dritt nazzjonali tiegħu jippermettilu li jagħmel dan?

____________

1 EU:C:2016:630.