Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sad Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fis-26 ta’ Ġunju 2019 – Kancelaria Medius SA vs RN
(Kawża C-495/19)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Poznaniu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kancelaria Medius SA
Konvenut: RN
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet proċedurali li jipprevedu li qorti tista’ tagħti sentenza fil-kontumaċja billi tibbaża ruħha unikament fuq l-affermazzjonijiet invokati mir-rikorrent fir-rikors tiegħu, li hija għandha tqis li huma veri, fil-każ fejn il-konvenut – li jkollu l-kwalità ta’ konsumatur – informat debitament dwar id-data tas-seduta, ma jidhirx u jastjeni milli jiddefendi ruħu?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.