Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Otis Gesellschaft m.b.H. et vs Land Oberösterreich et

(Kawża C-435/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Otis Gesellschaft m.b.H., Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Kone Aktiengesellschaft, ThyssenKrupp Aufzüge Gesellschaft m.b.H.

Konvenuti: Land Oberösterreich, Gemeinnützige Wohnungsgenossenschaft „Lebensräume“ eingetragene Gen.m.b.H., EBS Wohnungsgesellschaft mbH, WAG Wohnungsanlagen Gesellschaft m.b.H., WSG Gemeinnützige Wohn- und Siedlergemeinschaft reg.Gen.m.b.H., Neue Heimat Oberösterreich Gemeinnützige Wohnungs- und SiedlungsgesmbH, BRW Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft „Baureform Wohnstätte“ eingetragene Gen.m.b.H., Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft „Familie“ eingetragene Gen.m.b.H., VLW Vereinigte Linzer Wohnungsgenossenschaften Gemeinnützige GmbH, Gemeinnützige Steyrer Wohn- und Siedlungs Genossenschaft „Styria“ reg.Gen.m.b.H., Innviertler Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft reg.Gen.m.b.H., Gemeinnützige Wohnungsgesellschaft der Stadt Steyr GmbH, Gemeinnützige Industrie-Wohnungsaktiengesellschaft, Gemeinnützige Siedlungsgesellschaft m.b.H. für den Bezirk Vöcklabruck, GEWOG Neues Heim Gemeinnützige Wohnungsgesellschaft m.b.H.

Domanda preliminari

L-Artikoli 85 tat-Trattat KEE, 81 KE u 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tinżamm l-effettività sħiħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-effettività prattika tal-projbizzjoni li tirriżulta minnhom, il-membri tal-akkordju għandhom ukoll ikunu jistgħu jintalbu jħallsu kumpens għad-danni minn persuni li la huma attivi bħala fornituri u lanqas bħala xerrejja fis-suq materjalment u ġeografikament rilevanti kkonċernat minn akkordju iżda li jagħtu għajnuna f’kuntest legali taħt il-forma ta’ self b’kundizzjonijiet favorevoli lil xerrejja ta’ prodotti offruti fis-suq ikkonċernat mill-akkordju u li d-dannu tagħhom jikkonsisti fil-fatt li s-somma mislufa kienet ogħla, bħala perċentwali tal-ispejjeż tal-prodott, minn dik li kienet tkun fl-assenza ta’ ftehim kollużorju, peress li huma ma setgħux jinvestu dawn l-ammonti bi profitt?

____________