Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2013 – AK vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/10) 1

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal – Redazzjoni tardiva tar-rapporti tal-iżvilupp tal-karriera – Dannu morali – Telf ta’ opportunità ta’ promozzjoni”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AK (Esbo, il-Finlandja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal kumpens għad-danni mġarrba minħabba nuqqas ta’ redazzjoni ta’ rapporti tal-iżvilupp tal-karriera u ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva sabiex jiġu stabbiliti l-fatti ta’ fastidju kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-danni mġarrba.Dispożittiv Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AK is-somma ta’ EUR 15 000 bħala kumpens għad-dannu morali tiegħu.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AK is-somma ta’ EUR 4 000 bħala kumpens għat-telf ta’ opportunità ta’ promozzjoni għal grad ogħla għall-grad A 5 jew ekwivalenti qabel l-1 ta’ Marzu 2008.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn AK.