Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2010 - Dricot-Daniele et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-92/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Luigia Dricot-Daniele (Overijse, il-Belġju) et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tal-istqarrijiet ta' regolarizzazzjoni tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta' remunerazzjoni stabbiliti sa mill-1 ta' Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta' Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-istqarrijiet ta' remunerazzjoni RG 2009 tar-rikorrenti, l-istqarrijiet ta' remunerazzjoni tagħhom ta' Jannar 2010 u l-istqarrijiet ta' remunerazzjoni sussegwenti, sa fejn dawn l-istqarrijiet japplikaw rata ta' aġġustament ta' 1.85 %, filwaqt li jżommu fis-seħħ l-effetti ta' dawn l-istqarrijiet sakemm jiġu adottati stqarrijiet ġodda;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________