Language of document :

Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 minn Mohamed Hosni Elsayed Mubarak mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-358/17, Mubarak vs Il-Kunsill

(Kawża C-145/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (rappreżentanti: D. Anderson QC, B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin, C. Enderby Smith, F. Holmey, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddeċiedi hi stess il-kawża, billi tannulla l-atti kkontestati safejn dawn jikkonċeraw lill-appellanti;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi, għalkemm din tkun marbuta bl-evalwazzjoni ġuridika tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Kunsill ma kienx obbligat jivverifika li l-awtoritajiet Eġizzjani kienu rrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni tar-rikorrenti.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Kunsill ma kienx obbligat jivverifika li l-proċedura ġudizzjarja u l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw lill-appellanti huma marbuta ma’ atti ta’ natura li jippreġudikaw l-istat tad-dritt fl-Eġittu.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Kawża Nru 8897 (kawża marbuta mar-rinnovazzjoni ta’ resiezi privati).

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Kawża Nru 756 (l-allegazzjoni dwar rigali mill-ġurnal Al-Ahram) u l-Kawża Nru 53 (l-allegazzjoni dwar rigali ta’ Dar El Tahrir).

____________