Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 - Suvikas vs Il-Kunsill

(Kawża F-6/07)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kwistjoni proċedurali - Dokumenti kunfidenzjali - Dokumenti miksuba b'mod illegali - Tneħħija ta' dokumenti - Reklutaġġ - Post vakanti - Rifjut illegali ta' applikazzjoni - Annullament - Rikors għal danni - Telf ta' opportunità ta' reklutaġġ - Evalwazzjoni ex aequo et bono)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Risto Suvikas (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: M.-A Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konsultattiv ta' Għażla li r-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta' l-aħjar kandidati għall-għażla relatata ma' l-avviż ta' post vakanti tal-Kunsill B/024 u, min-naħa l-oħra, l-annullament ta' din il-lista u tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jiġu rreklutati l-kandidati li kienu mniżżla hemmhekk għall-postijiet li kellhom jimtlew u li ma jiġix irreklutat ir-rikorrent - Talba għal danni.

Dispożittiv

1)    Id-dokumenti ppreżentati minn R. Suvikas fl-Annessi A 14 sa A 16 tar-rikors huma mneħħija mill-proċess tal-kawża.

2)    Id-deċizjoni ta' l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti, ta' l-20 ta' Frar 2006, li ma tniżżilx lil R. Suvikas fil-lista ta' l-aħjar kandidati wara s-selezzjoni ta' membri tal-persunal temporanju Kunsill/B/024, hija annullata.

3)    Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lil R. Suvikas is-somma ta' EUR 20 000 b'kumpens għad-danni materjali subiti minnu.

4)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)    Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________