Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Frar 2020 – AB Lifosavs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-75/20)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AB Lifosa AB

Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (id-Dipartiment tad-Dwana fil-Ministeru għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja)

Domanda preliminari

L-Artikoli 29(1) u 32(1)(e)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 1 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-Artikoli 70(1) u 71(1)(e)(i) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur (fid-dwana) tat-tranżazzjoni għandu jiġi aġġustat billi jiġu inklużi miegħu l-ispejjeż kollha effettivament sostnuti mill-bejjiegħ (produttur) għat-trasport tal-merkanzija sal-post fejn tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea (il-Komunità) meta, bħal f’din il-kawża, (1) l-obbligu li jiġu koperti dawn l-ispejjeż kien impost fuq il-bejjiegħ (produttur) skont il-kundizzjonijiet ta’ kunsinna (“Incoterms 2000” – DAF) u (2) dawn l-ispejjeż ta’ trasport kienu jeċċedu l-prezz miftiehem u realment imħallas (li għandu jitħallas) mix-xerrej (importatur), iżda (3) il-prezz realment imħallas (li għandu jitħallas) mix-xerrej (importatur) kien jikkorrispondi mal-valur reali tal-merkanzija, anki jekk ma kienx suffiċjenti sabiex ikopri l-ispejjeż kollha ta’ trasport sostnuti mill-bejjiegħ (produttur)?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

2 ĠU 2013, L 269, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90, u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.