Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Marzu 2019 – Eli Lilly and Company vs Genentech Inc.
(Kawża C-239/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eli Lilly and Company
Konvenuta: Genentech Inc.
Domanda preliminari
Ir-Regolament Nru 469/2009 1 jipprekludi l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari lill-proprjetarju ta’ privattiva bażika fir-rigward ta’ prodott li huwa s-suġġett ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq miżmuma minn terz mingħajr il-kunsens ta’ dan it-terz?
____________
1 Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).