Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta' Lulju 2010 - Tomas vs Il-Parlament Ewropew

(Kawżi F-116/07, F-13/08 u F-31/08) 1

"Servizz pubbliku − Membri tal-persunal temporanju − Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg − Tkeċċija − Rabta' ta' fiduċja − Konsultazzjoni minn qabel tal-Kumitat tal-persunal tal-Parlament − Assenza"

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Stanislovas Tomas (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Michalauskas)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tkeċċi lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-danni morali u materjali mġarrba.

Dispożittiv

Ir-rikorsi F-116/07 u F-13/08 huma miċħuda.

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil Stanislovas Tomas is-somma ta' EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minnu.

Il-kumplament tar-rikors F-31/08 huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mar-rikorsi kollha F-116/07, F-13/08 u F-31/08.

____________

1 - ĠU C 64, 08.03.2008 p. 65; ĠU C 142, 07.06.2008, p. 39 u ĠU C 158, 21.06.2008, p. 26