Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fit-3 ta’ April 2019 – The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs WR

(Kawża C-279/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (il-Qorti tal-appell, ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Parti oħra fil-proċedura: WR

Domandi preliminari

Persuna (iktar ’il quddiem “P”) li jkollha l-pussess fiżiku ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa f’punt meta d-dazju tas-sisa jsir imponibbli fuq dawn il-prodotti fl-Istat Membru B hija responsabbli għal dan id-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2008/118/KE 1 f’ċirkustanzi fejn din il-persuna:

ma kellha ebda interess legali jew ta’ benefiċċju fil-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa;

kienet qiegħda tittrasporta l-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa, bi ħlas, f’isem ħadd ieħor bejn Stat Membru A u Stat Membru B; u

kienet taf li l-prodotti fil-pussess tagħha kienu prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa iżda ma kinitx taf u ma kellhiex raġuni għal xiex tissuspetta li d-dazju tas-sisa sar imponibbli fuq il-prodotti fl-Istat Membru B fiż-żmien li dan id-dazju tas-sisa sar hekk imponibbli jew qabel?

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk P ma kinitx taf li l-prodotti fil-pussess tagħha kienu prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU 2009, L 9, p. 12).