Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Dun vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-131/11) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Drittijiet għall-pensjoni miksuba, qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali tal-pensjonijiet – Trasferiment lejn skema tal-pensjonijiet tal-Unjoni – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ mhux aċċettata immedjatament mill-persuna kkonċernata – Proposta ġdida ta’ akkreditazzjoni bbażata fuq dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda – Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà manifesta – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Peter Dun (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, u finalment, J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti, sussegwentment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentment G. Gattinara, aġent, u finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid tal-PMO.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Peter Dun għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 JO C 65, 3.3.2012, p. 23.