Language of document : ECLI:EU:T:2018:243





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Mejju 2018 – J-M.-E.V. e hijos vs EUIPO – Masi (MASSI)

(Kawża T2/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASSI – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MASI – Artikolu 56(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Awtorità ta’ res judicata – Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament 2017/1001) – Trade mark li hija magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 56(3))

(ara l-punt 24)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li hija magħrufa sew fi Stat Membru – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(2)(c) u 53(1)(a))

(ara l-punti 40, 75)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li hija magħrufa sew fi Stat Membru – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali MASSI u MASI

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(2)(c))

(ara l-punti 43, 76, 77)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Reputazzjoni tat-trade mark fl-Istat Membru jew fl-Unjoni – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

(ara l-punti 53, 54)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ dritt u ta’ fatt mhux ippreżentati preċedentement quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 81)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 82)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑4 ta’ Ottubru 2016 (R 793/2015‑1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn A. Masi u J-M.-E.V. e hijos.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Ottubru 2016 (R 793/2015‑1), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn J‑M.-E.V. e hijos, SRL.

3)

Alberto Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.