Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ondernemingsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fl-10 ta’ Mejju 2019 – Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (SABAM) vs Weareone.World BVBA, Wecandance NV

(Affaire C-372/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Ondernemingsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-proċedura prinċipali

Rikorrenti: Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (SABAM)

Konvenuti: Weareone.World BVBA, Wecandance NV

Domandi preliminari

L-Artikolu 102 TFUE, kemm meqjus flimkien ma’ jew mingħajr l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/26/UE 1 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014] dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, għandu jiġu interpretat fis-sens li jkun hemm abbuż minn pożizzjoni dominanti meta kumpannija ta’ mmaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur li jkollha monopolju de facto fi Stat Membru tapplika fir-rigward tal-organizzaturi ta’ avvenimenti mużikali, għad-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ kompożizzjonijiet mużikali, struttura ta’ remunerazzjoni, ibbażata b’mod partikolari fuq id-dħul mill-bejgħ,

1.    li tuża tariffa fissa f’biċċiet minflok tariffa kkalkolata fuq il-parti speċifika (bl-għajnuna ta’ għodod tekniċi avvanzati) tar-repertorju mużikali protett mill-kumpannija ta’ mmaniġġjar li jiġi eżegwit matul l-avveniment?

2.    li torbot ukoll ir-remunerazzjonijiet tal-liċenzja ma’ elementi esterni, bħall-prezz tad-dħul, il-prezz tal-affarijiet tal-ikel u tax-xorb, il-baġit artistiku għal dawk li jagħtu l-prestazzjoni mużikali kif ukoll il-baġit għal funzjonijiet oħra, bħad-dekor?

____________

1     ĠU 2014, L 84, p. 72.