Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Wellens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ tniżżil fil-grad.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent tniżżil fil-grad minħabba li naqas milli jiddikjara lill-Kummissjoni li, minbarra l-allowance tal-familja għal ulied dipendenti skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kien jirċievi allowance nazzjonali tal-istess natura.tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.