Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Saarländisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Awwissu 2018 – BGL BNP Paribas SA vs TeamBank AG Nürnberg

(Kawża C-548/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Saarländisches Oberlandesgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: BGL BNP Paribas SA

Parti oħra fil-proċedura: TeamBank AG Nürnberg

Domandi preliminari

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) 1 huwa applikabbli għall-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi fil-każ ta’ ċessjonijiet multipli?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema liġi tirregola l-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, din id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, liema liġi tirregola l-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi?

____________

1     ĠU 2008, L 177, p. 6 u rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.