Language of document : ECLI:EU:F:2013:141

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tielet Awla)

20 ta’ Settembru 2013

Kawża F‑99/11

Luigi Marcuccio

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni – Interess ġuridiku – Rikors manifestament inammissibbli”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet it-talba tiegħu tal‑20 ta’ Lulju 2010 għall-ħlas ta’ arretrati fuq ir-remunerazzjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Lulju 2010.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

Uffiċjali – Rikorsi ppreżentati minn uffiċjali – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

Sabiex uffiċjali jew ex uffiċjal ikun jista’ jitlob, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat bis-saħħa tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-annullament ta’ att li jikkawżalu preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa għandu jkollu, fil-mument tal-preżentata tar-rikors tiegħu, interess suffiċjentement ċar, reali u attwali sabiex dan l-att jiġi annullat, billi tali interess jippresupponi li r-rikors ikun jista’, permezz tal-eżitu tiegħu, jagħtih benefiċċju.

(ara l-punt 22)

Referenza:

Il‑Qorti tal-Prim’Istanza: 29 ta’ Novembru 2006, Agne-Dapper et vs Il‑Kummissjoni et, T‑35/05, T‑61/05, T‑107/05, T‑108/05 u T‑139/05, punt 35, u l-ġurisprudenza ċċitata