Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-International Protection Appeals Tribunal (l-Irlanda) fis-16 ta’ Mejju 2019 – Ms R.A.T., Mr D.S. vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-385/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

International Protection Appeals Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: R.A.T. u D.S.

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

Huma previsti kategoriji separati ta’ “applikant” fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2013/33/UE 1 ?

Liema tip ta’ aġir jammonta għal dewmien attribwibbli lill-applikant fis-sens tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2013/33/UE?

____________

1 Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta ‘Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96).