Language of document : ECLI:EU:F:2007:164

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (L-Ewwel Awla)

25 ta’ Settembru 2007

Kawża F-108/05

Alessandro Cavallaro

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowance ta’ espatrijazzjoni – Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(b) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu A. Cavallaro essenzjalment jitlob l-annullament tad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni, ta’ l-10 ta’ Awwissu 2005, li ċaħdet l-ilment tiegħu, imressaq fil-25 ta’ Mejju 2005, kontra d-deċiżjoni ta’ l-istess awtorità, tat-3 ta’ Marzu 2005, li rrifjutat li tagħtih l-allowance ta’ espatrijazzjoni.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

1.      Proċedura – Risposta fil-kuntest ta’ kawżi bejn il-Komunitajiet u l-impjegati tagħhom

2.      Uffiċjali – Fajl personali

[Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 26)]

3.      Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowance ta’ espatrijazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti

[Regolamenti tal-Persunal, Anness VII, Artikolu 4(1)(b)]

1.      Ir-regola tal-qbil bejn l-ilment amministrattiv minn qabel u r-rikors japplika biss għar-rikorrenti. Ma teżisti l-ebda regola u l-ebda prinċipju li jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet konvenuti li jinkludu, fir-risposta, argumenti addizzjonali fir-rigward ta’ dawk li mmotivaw il-pożizzjoni tagħhom fil-fażi prekontenzjuża u, b’hekk, li jiġu annessi ma’ l-imsemmija risposta d-dokumenti ta’ prova li jsaħħu l-argumenti tagħhom.

(ara l-punt 38)

2.      L-għan amministrattiv ta’ dokument inkluż fil-fajl personali ta’ l-uffiċjali fuq l-inizjattiva tiegħu mhuwiex limitat biss għall-użi li l-uffiċjal jikkunsidra utili.

(ara l-punt 39)

3.      L-Artikolu 4(1)(b), ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ referenza previst minn din id-dispożizzjoni jiskadi, f’każ ta’ assenjazzjoni mill-ġdid ta’ l-uffiċjal, fid-data tad-dħul inizjali fis-servizz mal-Komunitajiet.

(ara l-punt 71)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 28 ta’ Settembru 1993, Magdalena Fernández vs Il-Kummissjoni, T‑90/92, Ġabra p. II‑971, punt 32