Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Settembru 2019 – GR vs Stadt Duisburg

(Kawża C-720/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GR

Konvenuta: Stadt Duisburg

Domandi preliminari

Membru tal-familja ta’ ħaddiem Tork, li jista’ jakkwista minn dan tal-aħħar drittijiet abbażi tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80, jitlef dawn id-drittijiet meta jadotta ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li jitlef iċ-ċittadinanza preċedenti tiegħu?

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Il-membru tal-familja tal-ħaddiem Tork jista’, fis-sitwazzjoni deskritta, ikompli jinvoka d-drittijiet abbażi tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 meta dan jitlef in-nazzjonalità tal-Istat ospitanti billi jerġa jikseb iċ-ċittadinanza preċedenti tiegħu?

____________