Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – SIA MONO vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-326/20)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti fl-appell: SIA MONO

Konvenut fl-ewwel istanza u appellat fl-appell: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa intiżi għal użu fil-kuntest tar-relazzjonijiet diplomatiċi u konsulari għandhom ikunu eżentati mill-imsemmija dazji bil-kundizzjoni li l-ħlas għal dawn il-prodotti jkun previst permezz ta’ mezzi li ma humiex kontanti, li l-ħlas ikun effettivament seħħ u li l-ħlas lill-fornitur ikun sar mid-destinatarji reali tal-imsemmija prodotti?

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet u limiti li, fil-kuntest tar-relazzjonijiet diplomatiċi u konsulari, jissuġġettaw l-eżenzjoni minn dazji tas-sisa għall-prodotti suġġetti għall-imsemmija dazji għar-rekwiżit li x-xerrej ta’ dawn il-prodotti jkun ħallas effettivament għalihom permezz ta’ mezzi differenti mill-kontanti?

____________

1 ĠU 2009, L 9, p. 12.