Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – RESOPRE - Sociedade Revendedora de Aparelhos de Precisão, SA vs Município de Peso da Régua

(Kawża C-643/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Norte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RESOPRE - Sociedade Revendedora de Aparelhos de Precisão, SA

Konvenut: Município de Peso da Régua

Partijiet oħra fil-proċedura: DATAREDE – Sistemas de Dados e Comunicações, SA, Alexandre Barbosa Borgesm, SA, Fernando L. Gaspar – Sinalização u Equipamentos Rodoviários, SA

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni (b’mod speċifiku l-Artikoli 56(1) u 60(4) tad-Direttiva 2014/24/EU 1 , kif ukoll il-prinċipju ta’ kompetizzjoni), jippermetti li l-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku li l-għan tiegħu ikun il-konċessjoni ta’ esplorazzjoni ta’ lottijiet ta’ art bil-għan tal-installazzjoni, tal-esplorazzjoni u tas-superviżjoni tar-regoli fis-seħħ fir-Regolament Muniċipali dwar iż-Żoni ta’ Parkeġġ bi Ħlas għal Ħin Limitat fil-Muniċipalità, jiddeterminaw il-preżentazzjoni mill-offerenti tas-softwer u tat-tagħmir (il-parkimetru) li għandhom jiġu pprovduti, b’tali mod li jintwera li jkunu ġew issodisfatti t-termini u l-kundizzjonijiet rikjesti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll il-karatteristiċi tal-offerti u jistabbilixxu kriterju ta’ għoti relatat mal-fattur “adegwatezza teknika u funzjonali tas-soluzzjoni” li għandu jiġi evalwat b’rabta ma’ tali preżentazzjoni ta’ turija (ara l-punti 16 u 17 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-proċedura ta’ għoti)?

____________

1 Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65 u r-rettifika fil-ĠU 2015 L 275, p. 68).