Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Awwissu 2018 – XW vs Landesamt für Verbraucherschutz

(Kawża C-536/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XW

Konvenut: Landesamt für Verbraucherschutz

Domanda preliminari

Fir-rigward tat-tariffi miġbura skont l-Artikolu 27(2) u (4), moqri flimkien mal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 1 , jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni partijiet mill-ispejjeż marbuta mas-salarji tal-persunal inkarigat bl-amministrazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u bil-ġbir ta’ tariffi fuq il-bażi ta’ dawn il-kontrolli?

____________

1 Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200.