Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-17 ta’ Awwissu 2018 – YV

(Kawża C-537/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YV

Konvenuta: Krajowa Rada Sądownictwa

Domanda preliminari

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali moqri flimkien mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li quddiem qorti tal-aħħar istanza ta’ Stat Membru jiġi ppreżentat appell fejn jiġi allegat ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età fir-rigward ta’ Imħallef ta’ dik il-qorti u fejn, fl-istess ħin, tintalab is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, dik il-qorti - sabiex id-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt Ewropew jiġu ssalvagwardjati permezz ta’ miżura għal protezzjoni legali provviżorja skont id-dritt nazzjonali - hija obbligata ma tapplikax id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonferixxu ġurisdizzjoni fil-kawża, li fiha jkun ġie ppreżentat l-appell, lil awla ta’ dik il-qorti li ma tkunx tista’ tiffunzjona minħabba li l-imħallfin inkwistjoni ma nħatrux?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.