Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

(Kawża F-1/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tiċħad it-talba għal kumpens għat-telf subit.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Jannar 2011 li tiċħad it-talba tiegħu għal kumpens għat-telf subit minħabba l-irtir tiegħu b’pensjoni ta’ invalidità;

jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2011 li tiċħad l-ilment tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2011;

tikkumpensah għat-telf subit;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.