Language of document :

Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2020 minn K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-527/18 – K.A. Schmersal Holding vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea - Tecnium (tec.nicum)

(Kawża C-52/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG (rappreżentant: A. Haudan, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-28 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________