Language of document : ECLI:EU:F:2015:51

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(Imħallef uniku)

3 ta’ Ġunju 2015

Kawża F‑128/14

Luc Bedin

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Rwoli u setgħat rispettivi tal-Bord tad-Dixxiplina u tal-Awtorità tal-Ħatra — Evalwazzjoni tar-realtà tal-fatti lmentati”

Suġġett:      Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA abbażi tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu L. Bedin essenzjalment jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat‑23 ta’ Diċembru 2013 li biha l-Kummissjoni Ewropea imponiet fuqu s-sanzjoni li ma jibqax javvanza fl-iskali għal perijodu ta’ tnax-il xahar.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud. L. Bedin għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

Uffiċjali — Sistema dixxiplinari — Sanzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra — Evalwazzjoni tar-realtà tal-fatti li huma s-suġġett ta’ proċedura dixxiplinari — Opinjoni tal-Bord tad-Dixxiplina — Portata — Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikoli 18, 22 u 25)

Ebda dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ma tipprovdi espressament li l-opinjoni tal-Bord tad-Dixxiplina hija vinkolanti għall-Awtorità tal-Ħatra rigward ir-realtà tal-fatti lmentati.

Bil-kontra, minn interpretazzjoni sistematika tar-Regolamenti tal-Persunal, u b’mod partikolari mill-Artikoli 18, 22 u 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, jirriżulta li l-opinjoni tal-Bord tad-Dixxiplina, li huwa korp konsultattiv, ma torbotx lill-Awtorità tal-Ħatra f’dan ir-rigward.

Għaldaqstant, l-Awtorità tal-Ħatra tista’ teżamina u tevalwa l-fatti li huma s-suġġett ta’ proċedura dixxiplinari f’termini differenti minn dawk li jinsabu fl-opinjoni tal-Bord tad-Dixxiplina, bil-kundizzjoni li tagħti motivazzjoni fid-dettall għad-deċiżjoni tagħha f’dan ir-rigward.

(ara l-punti 23, 24 u 30)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: sentenza F. vs Il-Kummissjoni, 228/83, EU:C:1985:28, punt 16

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: digriet Di Rocco vs KES, T‑8/92, EU:T:1992:122, punt 28