Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-28 ta’ Mejju 2020 – A Oy

(Kawża C-221/20)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Oy

Parti oħra fil-proċedura: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar is-Sisa 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru li, konformement ma’ dan l-artikolu, japplika rati ta’ sisa mnaqqsa għall-birra prodotta fil-birreriji żgħar indipendenti għandu japplika wkoll id-dispożizzjoni, prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, li tirrigwarda l-hekk imsejħa tassazzjoni konġunta tal-birreriji żgħar, jew l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha titħalla għas-setgħa diskrezzjonali ta’ dan l-Istat Membru?

It-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar is-Sisa għandha effett dirett?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206).