Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Axpo Trading Ag vs Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

(Kawża C-705/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Axpo Trading Ag

Konvenuta: Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

Domandi preliminari

Tista’ l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara jekk:

–    l-Artikolu 18 TFUE, sa fejn jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati;

–    l-Artikoli 28 u 30 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles KEE – Svizzera, sa fejn jipprevedu t-tneħħija tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni u tal-miżuri b’effett ekwivalenti;

–    l-Artikolu 110 TFUE, sa fejn jipprojbixxi taxxi fuq l-importazzjonijiet li jkunu ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali;

–    l-Artikolu 34 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles KEE – Svizzera, sa fejn jipprojbixxu l-adozzjoni ta’ miżuri b’effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet;

–    l-Artikoli 107 u 108 TFUE, sa fejn jipprojbixxu l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li ma tkunx ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u li tkun inkompatibbli mas-suq intern;

–    id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE 1 , sa fejn hija intiża li tiffavorixxi l-kummerċ intra-Komunitarju ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli kif ukoll il-promozzjoni tal-kapaċitajiet produttivi tal-Istati Membri individwali,

jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-importaturi ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli oneru pekunjarju li ma japplikax għall-produtturi nazzjonali tal-istess prodott?

____________

1     ĠU 2009, L 140, p. 16.