Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/11) 1

“Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors – Firma bl-idejn fuq il-faks differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinali tar-rikors mibgħut bil-posta – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta”

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti u assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad li tħallas lir-rikorrent l-ispejjeż tal-vjaġġi annwali mill-post tal-assenjazzjoni għall-pajjiż ta’ oriġini għas-snin 2005 sa 2010.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 126, 28.4.12, p. 27.