Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2010 - Esders vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Esders (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodriguez, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrasferixxi lir-rikorrent għas-sede fi Brussell fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' rotazzjoni 2010.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-27 ta' Lulju 2010, li tittrasferixxi lir-rikorrent għal Brussell mill-1 ta' Settembru 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________