Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2016 – Silva Rodriguez vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-115/15) 1

(Servizz Pubbliku – Uffiċċjali – Pensjoni – Kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni – Primjum maniġerjali – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Manuel Silva Rodriguez (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita d-drittijiet ta’ pensjoni tar-rikorrent u għad-dikjarazzjoni tal-inapplikabilita’ tal-konklużjonijiet tal-kapijiet tal-amministrazzjoni tas-16 ta’ Ġunju 2005 safejn dawn jillimitaw l- akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, kif ukoll tikkundanna lill-konvenuta tħallas il-pensjoni tal-irtirar li għalih huwa intitolat.

Dispożittiv

Ir-rikors ta’ José Manuel Silva Rodriguez huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat

Silva Rodriguez huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 Ġ.U. C 320 tat-28/09/2015, p. 56.