Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Mejju 2012 - Helena Rubinstein, L'Oréal SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allergan Inc.
(Kawża C-100/11 P)
[Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) - Trade marks Komunitarji verbali BOTOLIST u BOTOCYL - Trade marks figurattivi u verbali Komunitarji u nazzjonali BOTOX - Dikjarazzjoni ta' invalidità - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Preġudizzju għar-reputazzjoni]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Helena Rubinstein, L'Oréal SA (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Allergan Inc. (rappreżentant: F. Clark, barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-16 ta' Diċembru 2010, fil-Kawżi magħquda T-345/08 u T-357/08, Rubinstein u l'Oréal vs UASI - Allergan (Botolist u Botocyl), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja "BOTOLIST", għal prodotti fil-klassi 3, kontra d-Deċiżjoni R 863/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat 28 ta' Mejju 2008, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tal-imsemmija trade mark, imressqa mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi u verbali, Komunitarji u nazzjonali "BOTOX", għal prodotti fil-klassijiet 5 u 16 u għas-servizzi fil-klassi 42 - Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Raġunijiet relattivi għar-rifjut - Preġudizzju għar-reputazzjoni - Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Obbligu ta' motivazzjoni
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Helena Rubinstein SNC u L'Oréal SA huma kkundannati għall-ispejjeż
____________1 - ĠU C 145, 14.05.2011.