Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2020 – ZM fil-kwalità ta’ kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza rigward l-assi ta’ Oeltrans Befrachtungsgesellschaft mbH vs E. A. Frerichs

(Kawża C-73/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZM fil-kwalità ta’ kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza rigward l-assi ta’ Oeltrans Befrachtungsgesellschaft mbH

Konvenut: E. A. Frerichs

Domanda preliminari

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment 1 u l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) 2 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-liġi applikabbli għal kuntratt taħt ir-regolament imsemmi l-aħħar tirregola wkoll il-pagament magħmul minn terz bħala eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali ta’ pagament ta’ parti kontraenti?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.

2 ĠU 2008, L 177, p. 6; rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.