Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil- 21 ta' Ottubru 2009 - Realchemie Nederland BV vs Bayer CropScience AG

(Kawża C-406/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiz

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Realchemie Nederland BV.

Konvenuta: Bayer CropScience AG

Domandi preliminari

1.    Il-kunċett ta' materji "ċivili u kummerċjali" fl-ewwel paragrafu tar-Regolament Brusell I għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regolament japplika wkoll għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni li tinkludi kundanna għall-ħlas ta' multa skont l-Artikolu 890 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Ġermaniż (Zivilprozessordung)?

2.    L-Artikolu 14 tad-Direttiva fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal proċedura ta' eżekuzzjoni ta':

(i)    deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor fuq il-ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali;

(ii)    deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor li timponi pagamenti ta' penalità jew multa għall-vjolazzjoni tal-projbizzjoni ta' ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali;

(iii)    deċiżjonijiet ta' tassazzjoni tal-ispejjeż mogħtija fi Stat Membru ieħor fil-proroga tad-deċiżjonijiet msemmija fl-(i) u (ii)?

____________