Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 – D’Agostino vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-93/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt – Dmir ta’ premura – Interess tas-servizz – Eżami komplet u dettaljat fi ħdan is-servizzi kollha tal-possibbiltajiet ta’ impjieg li jikkorrispondu għall-kompiti previsti fil-kuntratt)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussembrugu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent.DispożittivId-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ L. D’Agostino hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż sostnuti minn L. D’Agostino.L. D’Agostino għandu jbati żewġ terzi mill-ispejjeż rispettivi tiegħu.