Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' April 2009 - Tzvetanova vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Aglika Tzvetanova (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Oġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad lir-rikorrenti l-allowance ta' espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħtix l-allowance ta' espatrijazzjoni lir-rikorrenti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________