Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Bankia S.A. vs Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

(Kawża C-910/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bankia S.A.

Konvenuta: Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

Domandi preliminari

Fl-interpretazzjoni tal-Artikoli 3(2) u 6 tad-Direttiva 2003/71/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE:

Meta offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet tkun indirizzata kemm lil investituri individwali kif ukoll lil investituri kkwalifikati u meta jkun inħareġ prospett għall-attenzjoni tal-investituri individwali, l-azzjoni għad-danni fir-rigward tal-prospett tista’ tkun eżerċitata miż-żewġ tipi ta’ investituri jew mill-investituri individwali biss?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun li l-investituri kkwalifikati jistgħu wkoll jeżerċitaw din l-azzjoni, huwa possibbli li jiġi evalwat il-livell ta’ konoxximent tagħhom tas-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li toħroġ l-offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet indipendentement mill-prospett, fuq il-bażi tar-relazzjonijiet ġuridiċi jew kummerċjali tagħhom ma’ din il-persuna li toħroġ l-offerta (sehem fl-azzjonarjat tagħha, fl-organi ta’ ammistazzjoni tagħha, etc)?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356, rettifika fil-ĠU 2014, L 218, p. 8).