Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance de Rennes (Franza) fis-27 ta’ Novembru 2019 – Caisse de Crédit Mutuel Le Mans Pontlieue vs OG

(Kawża C-865/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti): Caisse de Crédit Mutuel Le Mans Pontlieue

Konvenuta: OG

Domanda preliminari

Billi r-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena ta’ kreditu lil konsumatur hija ta’ 5.364511 %, ir-regola li tirriżulta mid-Direttiva 98/7/KE tas-16 ta’ Frar 1998 1 , mid-Direttiva 2008/48/KE tat-23 ta’ April 2008 2 u mid-Direttiva 2014/17/UE tal-4 ta’ Frar 2014 3 skont liema, fil-verżjoni Franċiża tagħha, “Le résultat du calcul est exprimé avec une exactitude d’au moins une décimale. Si le chiffre de la décimale suivante est supérieur ou égal à 5, le chiffre de la première décimale sera augmenté de 1” [Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress b’eżattezza ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-punt deċimali li jsegwi hija ikbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra fl-ewwel punt deċimali għandha tiżdied b’wieħed], tippermetti li titqies bħala eżatta rata annwali effettiva globali indikata ta’ 5.95 %?

____________

1     Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 3, p. 319).

2     Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU 2008, L 133, p. 66).

3     Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 60, p. 34).