Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), ta' l-10 ta' Ottubru 2007 Pouzol vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-17/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Komunitajiet - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Pouzol (Combaillaux, Franza) (rappreżentanti: D. Grisay, I. Andoulsi, u D. Piccininno, avocats)

Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Cortens, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri, tat-23 ta' Novembru 2006, li tiddikjara inammissibbli l-oġġezzjoni li r-rikorrent għamel kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2006 - Rikonoxximent tad-dritt tar-rikorrent għas-snin ta' servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati lilu - Talba għal danni.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 117, 26/05/07, p. 35.